It-18-il-Ħadd ta’ Matul is-Sena – Sena B
1 ta’ Awwissu 2021

 

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann – Ġw 6:24-35

F’dak iż-żmien, in-nies meta ntebħu li fuq id-dgħajsa la kien hemm Ġesù u lanqas id-dixxipli tiegħu, telgħu fuq id-dgħajjes u marru lejn Kafarnahum ifittxu lil Ġesù. U meta sabuh in-naħa l-oħra tal-baħar staqsewh: “Rabbi, meta ġejt hawn?”.

Ġesù weġibhom: “Tassew tassew ngħidilkom, intom qegħdin tfittxuni mhux għax rajtu sinjali, imma għax kiltu mill-ħobż u xbajtu. Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem, dak li Bin il-bniedem jagħtikom, għaliex lilu Alla l-Missier immarka bis-siġill tiegħu”.

Imbagħad staqsewh: “X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri ta’ Alla?”. Weġibhom Ġesù: “L-opra ta’ Alla hija din: li intom temmnu f’dak li huwa bagħat”.

Qalulu: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: ‘Tahom jieklu ħobż mis-sema’”. Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”. Qalulu huma: “Sinjur, agħtina dejjem minn dan il-ħobż”. Weġibhom Ġesù: “Jiena hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jieħdu qatt il-ġuħ, u min jemmen fija ma jkun qatt bil-għatx!”.


Il-Kelma tal-Mulej.
R/. Tifħir lilek, Kristu.

Għeżież,

Dan huwa parti mid-diskors twil li Ġesù jtenni wara l-miraklu tat-tkattir tal-ħobż. B’dan id-diskors Ġesù jispjegalna t-tifsira tal-Ewkaristija bħala l-ħobż li Alla l-Missier bagħat mis-sema bħala ikel tassew. F’kuntrast mal-manna li l-poplu ta’ Iżrael kiel fid-deżert u li ma setgħux jerfgħuha għall-għada għax kienet tispiċċa, il-ħobż li tana Alla l-Missier jibqa’ għal dejjem. Ġesù hu tassew ikel, hu tassew ħobż tal-ħajja. Kemm aħna xxurtjati li nistgħu nieklu minn dan il-ħobż. 

Talba – Nadurawk ja ħobż tas-sema, frott l-imħabba l-iżjed bnin.
 


Fr Roderick
Kappillan

Aqra l-Avviżi ta' din il-ġimgħa aktar l-isfel... 

 

Liturġija tad-Dar fil-Familja

Agħfas hawn għal liturġija fid-dar ta' dan il-Ħadd:
Niċċelebraw l-Evanġelju tat-18-il Ħadd tas-Sena B

Nhar ta' Erbgħa fis-6:30pm

Avviżi

Quddiesa għat-tfal fis-6.30pm
Nhar ta’ Erbgħa matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu fil-Knisja Parrokkjali ser ikollna quddiesa fis-6.30pm animata għat-tfal. Inħeġġu lil kulħadd sabiex fil-vaganzi tas-sajf insibu ħin għal Ġesù. 

Quddiesa b’ringrazzjament tal-festa
Il-Ħadd 1 ta’ Awwissu 2021 fil-11.30am quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla tal-ġid li wettaq magħna fil-jiem tal-festa.

Għeluq is-Summer Club 2021
Il-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu 2021 fis-7.30pm ser tiġi ċċelebrata quddiesa animata miż-żgħażagħ tal-Parroċċa tagħna flimkien mal-familjari tagħhom bħala għeluq tas-Summer Club. Nirringrazzjaw lil-leaders taż-żgħażagħ għall-impenn li kellhom matul dan ix-xahar li għadda.

Magħmudija Komunitarja   
Is-Sibt 7 ta’ Awwissu 2021 issir il-Magħmudija bil-Quddiesa li tibda fit-3.30pm.

Fuljett ‘Flimkien’
Wasal il-fuljett Flimkien għax-xahar ta’ Awwissu 2021. Jekk jogħġobkom ħudu kopja minn fejn il-bibien tal-knisja. Min irid jista’ jaqra l-Flimkien online fuq newsbook.com fuq dawn il-links:
bil-Malti: https://newsbook.com.mt/category/madwar-il-hajja/flimkien-magazine/ 
bl-Ingliż: https://newsbook.com.mt/en/category/lifestyle/flimkien-magazine-en/ 

BeHold.mt

Tifħir ta' sbiħ il-jum, illum is-Sibt 31 ta' Lulju.
Kompli aqra s-salmi tal-ġurnata fuq:
https://behold.mt/itlob-permezz-tas-salmi/
Hekk kif inħejju ruħna għall-Liturġija ta' dan il-Ħadd, nitolbu flimkien fuq:
https://behold.mt/itlob-permezz-tal-liturgija

Aqra u itlob aktar fuq l-Evanġelju, is-Salmi, il-Liturġija u l-Arti fuq is-sit www.behold.mt

Katekeżi għat-tfal

Il-Ħobż tal-ħajja! – Vidjo tat-18-il Ħadd - Sena B
https://www.youtube.com/watch?v=418tPc_xCK4

Inħarsu s-saħħa tagħna u tal-oħrajn

Il Knisja f’Malta tfakkar fl importanza li jiġu osservati l miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal imxija tal COVID 19. Filwaqt li jibqgħu japplikaw il miżuri tad distanza soċjali, kull min jattendi għall Quddies għandu r responsabbiltà li jilbes maskra jew visor.
 
Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

Qari tal-Quddiesa

Il-Qari bil-Malti
Daily Readings in English
Share Share
Forward Forward
Copyright © 2021 Marsaskala Parish, All rights reserved.


Want to change how you receive these emails?
You can update your preferences or unsubscribe from this list.

Email Marketing Powered by Mailchimp